Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm nieda kampanja nazzjonali bit-tema ta’ ‘Super Donaturi’, li titfa’ lenti fuq ir-riżultat ta’ donazzjoni tad-demm, dik li jiġu salvati l-ħajjiet.
Il-kampanja ssellem lid-donaturi tad-demm kollha bħala super eroj, hekk kif b’donazzjoni waħda dawn l-individwi għandhom il-potenzjal li jsalvaw mill-inqas tliet ħajjiet li jkunu fil-periklu.
Għal iżjed informazzjoni dwar l-iskeda tal-għoti tad-demm segwi hawn din il-paġna: https://www.facebook.com/bloodmalta.
//= $special ?>