Internazzjonali

Il-Gwerra fl-Ukrajna: Is-summit tan-NATO se jindirizza anki l-issue tal-cluster bombs

L-Alleanza tan-NATO għada, it-Tnejn, se tibda summit sinifikanti f’Vilnius, il-kapitali tal-Litwanja u li hi mqassma fuq jumejn.

Dan is-summit mistenni li jirrinforza l-għajnuna tal-Punent lill-Ukrajna u fejn x’aktarx li l-pajjiżi anki jappoġġjaw id-deċiżjoni kontroversjali tal-President Amerikan Joe Biden biex jissanzjona t-trasport tal-cluster bombs lill-Gvern ta’ Zelensky.

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit, Rishi Sunak, qal, sadanittant, li r-Renju Unit qed ‘jiskoraġġixxi’ l-użu tal-cluster bombs li huma projbiti minn 123 pajjiż, li jinkludu r-Renju Unit.

Sunak saħaq li r-Renju Unit hu firmatarju għall-konvenzjoni li tipprojbixxi l-użu ta’ dawn il-bombi u, minflok, irid li jissupplixxi lill-Ukreni bit-tankijiet tal-gwerra u l-missili għal fuq id-distanzi kbar bil-ħsieb li dawn jintużaw fil-kontro-offensiva tat-truppi Ukreni biex jieħdu lura l-kontroll ta’ pajjiżhom,