Futbol Sport

Imut Luisito Suarez, eks plejer ta’ Inter u Barcelona

Charles Camenzuli

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer ta’ Barcelona, Inter u tim nazzjonali Spanjol Luisito Suarez li kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa midfielders ta’ kull żmien, fejn anka rebaħ il-Ballun tad-Deheb fl-1960.

Fi żmien tiegħu ma’ Barcelona rebaħ żewġ Kampjonati, fl-istaġun tal-1958-59 u fl-1959-60 kif ukoll żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tal-Fieri tal-UEFA fl-istaġun tal-1955-56 u 1958-60.

Ma’ Barcelona skorja 62 gowl f’122 partita. Bejn l-1961 u l-1970 bla dubju kien l-aqwa plejer ta’ Inter fejn saħansitra rebaħ tlett Kampjonati , żewġ edizzjonijiet tal-UEFA Champions League fl-1964 u1965 li dak iż-żmien kienet magħrufa bħala t-Tazza taċ-Champions, flimkien maz-zewg Intercontinental Cups fl-1964 u fl-1965.

Ma’ Inter lagħab 256 partita u skorja 42 gowl, sussegwentament, fl-1970 issieħeb ma Sampdoria fejn skorja 9 gowls fi 63 partita.

Mat-tim Nazzjonali Spanjol rebaħ il-Kampjonat Ewropej fl-1964. Bejn l-1988 u l-1991 kien ukoll kowċ tat-tim Nazzjonali Spanjol fejn saħansitra anka kien fit-tmexxija għat-Tazza tad-Dinja fll-1990.

Huwa miet f’Milan fl-eta’ ta’ 88 sena.