It-tim Nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena b’pass eqreb lejn kwalifikazzjoni storika oħra, din id-darba għall-finali tal-Kampjonat Ewropew.
Illejla t-tim Malti għeleb l-isfida tiegħu kontra l-Moldova bl-iskor ta’ 14-9 fil-kompetizzjoni li qed issir f’Podgorica fil-Montenegro.
It-tim Malti kellhom prestazzjoni tajba ħafna fejn urew determinazzjoni u grinta sal-laħħar mumenti tal-partita.
Ilbieraħ il-Maltin bdew l-impenji tagħhom f’din il-fażi ta’ kwalifikazzjoni b’rebħa fuq il-Bulgarija ta’ 17-6.
B’dawn ir-riżultati, it-tim Malti jinsab pass eqreb lejn il-kwalifikazzjoni diretta għall-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew.
It-tim imexxi mill-eks plejer tat-tim Nazzjonali Malti, Jonathan Valletta se jerġa’ jilgħab t-Tlieta fl-aħħar partita fil-grupp kontra l-Litwanja.
F’każ li l-Maltin jiksbu t-tlett punti, Malta tispiċċa l-ewwel fil-grupp.
//= $special ?>