Fi stqarrija, Repubblika ikkundannat id-deċiżjoni tal-Kummissarju għall-Istandards li ma jinvesitgax allegazzjoni ta’ abbuż mill-Ministru Aaron Farrugia.
Huma qalu li r-raġuni li ġab il-Kummissarju, li nħatar mill-Gvern waħdu ftit ilu, hija biss skuża bla sens u li tinsulta l-intelliġenza taċ-ċittadin li jixraqlu li jkun irrispettat. Huma qalu li huwa irresponsabbli u bla sens li l-Kummissarju qal li huwa diffiċli ħafna jew impssibli li jinvestiga.
Komplew li llum il-Kummissarju għall-Istandards bagħat messaġġ ikrah ħafna lill-ministri u n-nies tagħhom u lill-membri parlamentari.
Repubblika spiċċat tgħid li jekk il-Kummissarju jkompli jaġixxi hekk, ikun jaqbel li l-uffiċċju tiegħu ikun żarmat. Minbarra li jkunu ffrankati l-flus li nħallsu fit-taxxi tagħna, ikun hemm strument anqas fl-għodda tal-Gvern biex tisaħħaħ l-impunità.
//= $special ?>