Ekonomija Lokali

L-editorjal tal-gazzetta tal-GWU jammetti li “l-inflazzjoni tibqa’ f’livelli għoljin”

It-Torċa, il-gazzetta ta’ nhar ta’ Ħadd tal-General Workers’ Union, iddedikat l-editorjal tagħha għall-kwistjoni tal-għoli tal-ħajja u ammettiet li “l-inflazzjoni tibqa’ f’livelli gholjin”.

B’insistenza l-editorjal jaghmilha cara li l-prezzijiet baqghu f’livelli gholja u dan il-fatt qiegħed ikollu impatt negattiv fuq il-kwalita’ tal-hajja tal-poplu Malti u Ghawdxi.

Jissokta l-editorjal ta’ It-Torċa li m’hemm ebda dubju li min imur jixtri qed jibqa’ jesperjenza prezzijiet li għolew fl-aħħar xhur.

Jagħmel ċar l-argument li sidien ta’ negozji qegħdin jilmentaw li b’mod regolari qegħdin jinbidlulhom il-prezzijiet mill-aġenti. Xhur ilu kien intqal li sa bħal dan iż-żmien l-inflazzjoni kellha terġa’ tiġi lura
għan-normal. Dan ma seħħx.

It-Torca tkompli tinsisti li fil-fatt statistika proviżorja dwar l-inflazzjoni turi li għax-xahar ta’
Ġunju l-inflazzjoni kellha rata ta’ 5.5 fil-mija – rata li hi meqjusa għolja u trid titbaxxa
ferm aktar biex tkun aċċettabbli.

Minħabba din ir-rata għolja ta’ inflazzjoni, il-banek qed jibqgħu għaddejjin bil-pjani li jkomplu jżidu
ir-rati ta’ interessi, bil-konsegwenzi kollha li dan iġib miegħu.

Fid-dawl tal-argumenti mqanqla minn It-Torca tajjeb li jkun ipprecizat li anki l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana hu konxju mill-gholi tal-hajja u mill-effett ta’ dan fuq il-poplu Malti u Ghawdxi izda jibqa’ ma jaghmel xejn biex inaqqas minn dawn il-pizijiet li qed jissoktaw ikissru tant individwi u familji.

Naturalment biex ma nsemmux lil Robert Abela li litteralment m’ghandu l-ebda vizjoni dwar kif se jrazzan l-gholi tal-hajja. Dan kuntrarju ghall-politika cara tal-Partit Nazzjonalista li dwar l-gholi tal-hajja ghandu vizjoni cara li, fost l-ohrajn, tahseb biex:-

  • i) L-allowance tal-COLA m’għandux ikun taxxabbli
  • ii) Il-Gvern għandu jagħti inċentivi fiskali biex jikkumbatti għaż-żidiet
    tal-għoli tal-ħajja.
  • iii) Fond Nazzjonali b’bagit annwali biex
    jappoġġja lill-industrija li timporta jew tesporta u dan biex
    jagħmel tajjeb għall-impatt tal-għoli tal-ħajja.
  • iv) Naħdmu biex ikollna mudell ekonomika ġdid li jimirra li jkollu
    xogħlijiet ta’ kwalità u li jħallsu iktar lill-ħaddiema tagħna.