Is-sitwazzjoni politika fl-Olanda qed issir aktar ikkumplikata meta jidher li Mark Rutte – li hu l-aktar Prim Ministru Olandiż li qatt dam fil-kariga – qed jitlef aktar alleati wara l-kroll, nhar is-Sibt, tal-Gvern immexxi minnu.
Il-kroll seħħ minħabba diżgwid profond dwar l-immigrazzjoni u l-kunċett tal-kenn politiku…Diżgwid li laħaq il-quċċata fost l-erba’ partiti li kienu qed jiffurmaw il-Gvern ta’ koalizzjoni.
F’dawn iċ-ċirkustanzi, Rutte għandu jkompli jmexxi pajjiżu bħala Prim Ministru temporanju u meta mistenni li l-Olandiżi jivvutaw f’elezzjoni ġenerali bikrija li x’aktarx issir f’Novembru.
Iżda l-futur għal Rutte, li kien ilu Prim Ministru mill-2010, qed jidher ferm indeċiż u ‘imċajpar’ fost indikazzjonijiet li hu qed jitlef l-appoġġ ‘bil-kbir’ fost l-alleati tiegħu.
Dan meta l-Moviment Politiku BBB li jirrappreżenta liċ-Ċittadini u l-Bdiewa għamilha ċara li mgħandux iservi fi kwalunkwe Gvern futur immexxi minn Rutte. Dan hu żvilupp sinifikanti għaliex dan il-partit inkwistjoni fl-aħħar xhur żviluppa ħafna bħala forza politika, tant li llum sar l-akbar partit fil-Kamra ta’ Fuq tal-Parlament Olandiż.
Fil-fatt, id-deċiżjoni finali dwar jekk Mark Rutte jikkuntestax mill-ġdid għall-kariga ta’ Prim Ministru għandha ssir wara konsultazzjonijiet mal-Partit tiegħu VVD (il-Partit tal-Poplu għall-Ħelsien u Demokrazij
//= $special ?>