Wara ħafna stennija u sforzi, fl-aħħar PSG ikkonfermaw l-akkwist ta’ Lucas Hernandez minn Bayern Munich għas-somma ta’ kważi €45 miljun.
Lucas Hernandez ingħaqad ma’ Bayern lura fl-2019, għal somma kbira ta’ € 80 miljun, fejn saħansitra kiser ir-rekord ta’ l-iktar akkwist għoli taċ-champions Ġermaniżi.
Fi żmien tiegħu bħala plejer ta’ Bayern Munich huwa rebaħ erba’ titli tal-Bundesliga, kif ukoll tlett Super Cup Ġermaniżi u DFB-Pokal. Hernandez kien ukoll parti mit-tim li famużament rebaħ it-tripletta fl-2020 taħt it-tmexxija ta’ Hansi Flick. Huwa kien ukoll involut fir-rebħa tal-finali tal-UEFA Champions League f’dak l-istaġun kontra t-tim li ingħaqad miegħu issa fil-forma ta’ PSG.
Il-plejer Franċiż rebaħ ukoll it-Tazza tad-Dinja fl-2018, meta kien għadu plejer ta’ Atletico Madrid.
Lucas Hernandez iffirma kuntratt ta’ ħames snin li mistenni jżomm il-plejer ma’ PSG sa 2028.
//= $special ?>