Lokali

Tifla fil-periklu tal-mewt wara li ttajret minn karozza f’Birżebbuġa

Tifla ta’ 12-il sena qed tissielet għal ħajjitha wara li l-bieraħ għall-ħabta tal-5pm ittajret minn karozza fi Triq il-Bajja is-Sabiħa, f’Birżebbuġa.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li t-tifla ntlaqtet minn Toyota Yaris, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 40 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.