Is-sewwieq Olandiż, Max Verstappen rebaħ it-tmien tellieqa tiegħu din is-sena u s-sitt tellieqa konsekuttiva bil-ħin ta’ 1:25:16.938 fit-trakka ta’ Silverstone.
Fit-tieni post temm is-sewwieq ta’ McLaren Lando Norris, filwaqt li s-sewwieq ta’ Mercedes Lewis Hamilton temm fit-tielet post.
Lando Norris beda t-tellieqa tajjeb ħafna fejn saħansitra għamel l-ewwel ħames dawriet fl-ewwel post, madankollu s-sewwieq ta’ Red Bull laħħaq miegħu u reġgħa kiseb l-ewwel post.
Is-sewwieq l-ieħor ta’ McLaren Oscar Piastri temm fir-raba’ post, segwit minn George Russell ta’ Mercedes.
Fis-sitt u seba’ post rispettivament temmew Sergio Perez ta’ Red Bull u Fernando Alonso ta’ Aston Martin.
Alexander Albon ta’ Williams Racing temm fit-tmien post, filwaqt li tellieqa mhux tas-soltu għas-sewwieqa ta’ Ferrari Charles Leclerc u Carlos Sainz li temmew fid-disa’ u l-għaxar post.
Is-sewwieqa ta’ Alpine Pierre Gasly u Esteban Ocon ma temmewx it-tellieqa flimkien ma’ Kevin Magnussen ta’ Haas.
//= $special ?>