Lokali

Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-bilanċ tar-rota li kien qed isuq f’Baħar iċ-Ċagħaq

Ċiklist qed jissielet għal ħajtu wara li tilef il-bilanċ tar-rota li kien qed isuq u waqa’ hekk kif kien mar-roundabout ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.

Iċ-ċiklist, żagħżugħ ta’ 28 sena mill-Mellieħa ttieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li għall-ħabta tal-9:45am instab għal tulu fl-art.

Tim mediku mill-Isptar Mater Dei tah l-ewwel għajnuna fil-post u iktar tard ttieħed l-Isptar għall-kura meħtieġa. Hemmhekk hu ġie iċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li ħatar inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.