Anzjana ta’ 72 sena qed tissielet għall-ħajjitha wara li waqgħet it-taraġ f’residenza f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ il-Ħadd filgħaxija għall-ħabta tal-10:30 f’residenza fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-investigazzjonijiet irriżulta li l-anzjana kienet nieżla t-taraġ, tfixklet u waqgħet.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji u li tinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat tal-Għassa Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>