Internazzjonali

ĊINA: Jinqatlu sitt persuni b’daqqiet ta’ sikkina f’kindergarten

Sitt persuni fosthom tlett itfal inqatlu b’daqqiet ta’ sikkina f’kindergarten fil-provinċja ta’ Guangdong fiċ-Ċina. Il-persuni l-oħra li nqatlu huma għalliema u żewġ ġenituri. Fl-istess attakk indarbet ukoll persuna.

L-attakk seħħ kmieni it-Tnejn filgħodu minn raġel ta’ 25 sena minn Lianjiang waqt li l-ġenituri kienu qed iwasslu lit-tfal l-iskola.

Kelliem għall-Pulizija qal li dan l-attakk kien wieħed intenzjonat, iżda għadha trid tiġi stabbilita r-raġuni għala seħħ.

Dan l-attakk ħoloq rabja kbira fost il-komunità hekk kif kif din mhux l-ewwel darba li seħħ attakk b’sikkina fiċ-Ċina.

Rapporti fil-media qalu li mil-2010 sa din is-sena seħħew total ta’ 17-il attakk b’sikkina fi skejjel, kulleġġi u universitajiet… b’għaxra minnhom saru bejn l-2018 u din is-sena.