Lokali Parlament

Il-Grupp Fortina ħa l-liġi f’idejh u bena kollox bla titlu

Albert Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg qal fil-parlament li l-Grupp Fortina ħa l-liġi f’idejh u bena kollox bla titlu fil-lido ta’ Tas-Sliema.

Fid-dibattitu parlament dwar l-għoti ta’ art lill-Fortina Developments f’Tas-Sliema, id-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg qal li fl-ewwel proposta l-pontoons kien se jkunu parti intergali miż-żona tal-għawm li hi wada mill-iktar żoni popolari mal-pubbliku u t-turisti.

Fit-tieni proposta, l-pontoons se jiddaħħlu iktar ‘il ġewwa u għalhekk iż-żona tal-għawm se tkun salvata. Din il-proposta ma ġietx mill-gvern iżda minn entitajiet oħra, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal lil-pontoons se jkomplu jgħinu lill-industrija marittima.

Hu qal li f’dan il-każ, art pubblika bla titlu tal-parlament, ingħatat lill-applikant u dan bla ma stennau bla kienu osservati l-proċeduri biex jinkiseb it-titlu, qabad u ħa l-liġi b’idejh tant li bena kollox.

Illum diġà hemm attività kummerċjali għaddejja fil-post, sostna d-deputat Nazzjonalista, li staqsa x’qed jiddiskuti l-parlament meta kollox hu lest. Din hi arroganza fejn l-applikant ingħata daqshekk arja u jieħu l-liġi b’idejh bla ma biss japplika, sostna Albert Buttigieg, li kompla li din hi offiża lill-parlament u turija ta’ arroganza fuq il-parlament.

Hu qal li l-Kap Eżekuttiv ammetta li kien jaf li qed isir xogħol illegali iżda ma ħa l-ebda pass biex dan jitwaqqaf kontrarjament kif isir mal-poplu. Din hi kompliċità jew inkompetenza? staqsa d-deputat Nazzjonalista, li kompla li dan hu gvern li qed jaqdi lil min kiser il-liġi.

Il-multa ta’ €70,000 m’huma xejn għall-kumpanija, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-gvern qed jeqred il-pajjiż kollu fejn daħlet il-mentalità li l-iżviluppaturi l-ewwel jibni imbagħad kollox ikun irranġat wara. Din hi l-mentalità li qed teqred dan il-pajjiż.

Anki l-Awtorità tal-Ippjanar hi kompliċi f’din il-ħadma kemm f’dawn l-iżviluppi kbar kif ukoll fi żviluppi żgħar. Meta jitilfu l-appelli, kollox jibqa’ kif inhu, sostna d-deputat Nazzjonalista li f’Tas-Sliema u San Ġilajn hemm 42 ordni ta’ infurzar li ihom 10 snin biex jitneħħew.

Il-PN qatt ma kien kontra l-progress, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-Grupp Fortina ma stenniex ma jagħmlu n-nies iżda ħa l-liġi f’idejh. Hu staqsa jekk ir-residenti taż-żona hux se jispiċċaw bħal dawk ta’ Font Għadir bl-istorbju ta’ filgħodu kmieni.

Il-lido għandu permess għall-mużika sa kmieni filgħodu?, staqsa d-deputat Nazzjonalista li appella biex ir-residenti jitkellmu meta dan il-lido jkun konvertit f’żona għall-parties.