Mark Anthony Sammut, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut sostna fil-parlament li b’dak li qed iwettaq fit-trasferiment ta’ art pubblika u baħar lill-Grupp Fortina f’Tas-Sliema, il-gvern qed jippremja lil min jikser il-liġi.
Mark Anthony Sammut qal li l-Prim Ministru Robert Abela għamel dikjarazzjonijiet ċari dwar id-dixxiplina, l-infurzar, ir-reputazzjoni ta’ Malta iżda fir-realtà dawn il-wiegħdi ma nżammux. Hu sostna li s-suppost dixxiplina kienet il-pilastru ewlieni tal-kampanja ta’ Robert Abela iżda fir-realtà hawn liġi tal-ġungla.
Din hi l-kwistjoni tal-Grupp Fortina, sostna d-deputat Nazzjonalista, li sostna li l-PN irid ġustizzja bejn l-investituri kollha; propju għax hu favur it-turiżmu.
Din il-kwistjoni hi li kumpanija ħadet u art pubbliċi, għamlithom tagħhom fetħet għan-negozju bla titlu; is-soluzzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela hi dawn jingħataw l-art li okkupaw.
Id-deputat Nazzjonalista qal li dna hu gvern li qed jagħti dak li hu tal-poplu u jagħmilha tal-galantom bih. Dan propju f’Tas-Sliema fejn hemm problema ta’ infurzar, ipparkjar, imwejjed u siġġijiet kullimkien, nies fis-sakra u ksur tal-liġi. Il-messaġġ għal din iż-żona mill-gvern hu li jippremja lil min kiser il-liġi.
Mark Anthony Sammut qal li l-gvern mhux se jkollu saħħa jinforza l-liġi ma’ ħaddieħor meta aġixxa kif aġixxa mal-Grupp Fortina. Dan sar pajjiż li fih jaqbillek tħallas il-multi u tabbuża, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li dan hu gvern li tilfet il-boxxla morali u s-sens ta’ ġustizzja soċjali; nesa kif ikun partit tal-ħaddiema.
//= $special ?>