Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar
Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal fl-Aġġornament tal-parlament li l-Park tal-Familja fil-Mellieħa jinsab fi stat ta’ abbandun; jeħtieġ azzjoni mmedjata minħabba periklu.
Robert Cutajar semma’ l-Pjazza tal-Mellieħa u qal li r-residenti u s-sidien tal-ħwienet qed isostnu li mhumiex ikunu konsultati dwar il-proġett. Hu qal li l-Ministru Clayton Bartolo qed jibdel il-verżjonijiet tiegħu fejn anki kien wiegħed li mhux se jonqsu l-parkeġġi.
Id-deputat Nazzjonalista qal li s-soċjetajiet mużikali mhux ikunu konsultati fuq dan il-proġett u kompla li l-Ministru Bartolo mhux iżomm kelmtu magħhom. Hu semma’ l-Knisja tal-Mellieħa u qal li issa qed jirriżulta li parti mill-pjazza biss se tibqa’ pedonali.
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar appella lis-soċjetajiet u lir-residenti biex jattendu għal-laqgħa li l-kunsill suppost se jagħmel għall-kunsilliera biss fis-17 ta’ Lulju 2023.
Jeħtieġ li jinstab bilanċ, sostna d-deputat Nazzjonalista, li tkellem dwar il-Park tal-Familja fejn qed jirriżulta li hemm diversi nuqqasijiet f’dan il-park, partikolament fis-sigurtà, faċilitajiet mkissra, sadid u nuqqasijiet fil-faċilitajiet sportivi. Dan il-park għandu jingħalaq immedjatament sakemm isiru x-xogħlijiet neċessarji, sostna d-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>