Il-Partit Nazzjonalista diġà identifika anomaliji li jeżistu fil-pensjoni taż-żewġ terzi għal dawk il-persuni li twieldu qabel u wara l-1962. Tant hu hekk li, fil-Programm Elettorali għall-elezzjoni ġenerali tas-sena li għaddiet, il-Partit Nazzjonalista ddikjara li Gvern ġdid Nazzjonalista jimplimenta pakkett għall-pensjonijiet biex ikunu indirizzati l-inġustizzji li għadhom ma ssolvewx sal-lum u li saħansitra qed jixħtu lill-pensjonanti fir-riskju tal-faqar jew saħansitra fil-faqar.
Dan billi “naraw li l-mekkaniżmu ta’ 70/30, li qed jintuża’ bħalissa għaż-żieda lill-pensjonanti mwielda wara l-31 ta’ Diċembru 1961, ikun jitħaddem għall-pensjonanti kollha”.
Dan ħareġ fi stqarrija mill-Assoċjazzjoni Pensjonanti Anzjani Nazzjonalisti (APAN).
Din hi s-soluzzjoni tal-Partit Nazzjonalista għall-problemi u l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-pensjonanti mwielda qabel l-aħħar tas-sena 1961. Il-Partit Nazzjonalista ma jridx li l-pensjonanti li jikkwalifikaw għall-pensjoni taż-żewġ terzi jinqasmu f’pensjonanti tal-ewwel klassi u tat-tieni klassi.
Għaldaqstant, filwaqt li jifhem li dawk il-ħaddiema li llum qed iħallsu ħafna aktar f’kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu jkollhom pensjoni ogħla meta jkunu pensjonabbli, il-Partit Nazzjonalista jesiġi li l-pensjonanti kollha li jieħdu pensjoni taparsi taż-żewġ terzi, għandhom jirċievu pensjoni adegwata li tagħmel tajjeb għaż-żieda qawwija fl-inflazzjoni li qed tiekol id-dħul tal-pensjonanti.
Dan anke kif juri l-għadd jikber kull sena ta’ anzjani li jinsabu fil-faqar jew fir-riskju ta’ faqar.
//= $special ?>