Lokali

Iweġġa’ gravi wara li ħabat ma’ żewġ karozzi pparkjati f’Birkirkara

Anzjan ta’ 73 sena residenti s-Swieqi weġġa’ gravi wara li ħabat ma’ żewġ karozzi pparkjati.

L-inċident seħħ il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tal-11:30 fi Triq il-Wied f’Birkirkara.

Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq u ħabat f’żewġ vetturi li kienu pparkjati. Fil-karozza kien hemm ukoll passiġġiera ta’ 72 sena residenti wkoll is-Swieqi.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet liż-żewġ l-persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Is-sewwieq ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-passiġġiera ġiet iċċertifikata bi ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.