L-atleta James Camilleri temm b’suċċess il-Half Ironman li saret f’ Jönköping,l-Iżvezja. Id-distanza totali kienet ta’ 70.3 mili li tikkonsisti f.1.9km għawm, 90km rota u 21.1km ġiri.
Camilleri rnexxielu jlesti t-tiġrija f’6 sigħat, 54 minuta u 37 sekonda, f’dik li kienet l-ewwel esperjenza tiegħu f’tellieqa Ironman.
B’kollox ħadu sehem 1,600 parteċipant minn 56 pajjiż differenti u James Camilleri kklasifika fl-1,081 post overall u fil-75 post fl-age group tiegħu li hi dik ta’ bejn il-25 u 29 sena.
F’kummenti li ta lil Net Sports, Camilleri qal li t-taħriġ għal din it-tellieqa kien wieħed intensiv ħafna u li kellu l-għajnuna tal-atleta Fabio Spiteri li miegħu fl-aħħar t’April għamel id-dawra ta’ Sqallija fejn f’ħamest ijiem saqu 200km kuljum fuq ir-rota u 10km ġirja wara kull ġurnata għal total ta’ 1,000km rota u 50km ġiri.
Camilleri qal ukoll li s-sena d-dieħla jixtieq jgħamel full Ironman li tikkonsisti f’3.8km għawm, 180km rota u 42.2 km ġiri.
//= $special ?>