Lokali Parlament

Jeħtieġ pjan ħolitistiku għas-settur marititmu; is-settur li welled il-PN

Ivan Castillo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal fil-parlament li jeħtieġ pjan ħolitistiku għas-settur marititmu; is-settur li welled il-PN.

Meta kien qed jitkellem dwar it-trasferiment ta’ propjetà lill-kumpanija Fortina Developments f’Tas-Sliema, Ivan Castillo qal li l-PN mhux kontra l-proġetti iżda l-mod kif sar il-proġett. Hu sostna li mhux kontra pjan ħolisitiku u qal li l-PN dejjem emmen fis-settur marittimu tant li kien hu li welldu. Id-deputat Nazzjonalista qal li gvern Nazzjonalista żviluppa l-marina tal-jottijiet fil-pajjiż, il-mażżri u l-breakwaters.

Ivan Castillo kompla li l-PN kien beda d-diskussjoni u wettaq viżjoni f’dan is-ettur b’konsultazzjoni. Is-settur m’għandux ikollu pjan frammentat li ma jikkumplimentawx lil xulxin, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appelal għal pjan ħolisitku f’dan is-settur.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li Malta għandha tkun pajjiż marititmu fejn l-art tintuża għall-benefiċċju tal-poplu. Hu appella biex permezz tal-kunsilli lokali jinħoloq djalogu u sostna li ma jistax ikun li xi persuni jabbużaw minn art u baħar tal-poplu.

Ma jistax ikun li kulħadd jagħmel li jrid, sostna d-deputat Nazzjonalista, li sostna li m’għandux ikun aċċettat li min għandu l-flus jitħallas jabbuża u wara jħallas il-multi. Hu qal li llum hawn 10 marinas b’2,000 post u spjega li gvern Nazzjonalista kien qed jippjana 5,000 post ta’ marina.

Taħt gvern Laburista żdiedu biss tmien postijiet ta’ rmiġġ fl-Imsida, 20 post f’Portomaso, 80 post f’Manoel Island, 80 post f’Għawdex u tnaqqis ta’ postijiet fil-Grand Harbour Marina.