Skont rapporti mill-midja internazzjonali, Juventus mhux se jikkompetu fil-UEFA Conference League l-istaġun li ġej minkejja li kkwalifikkaw għal din il-kompetizzjoni hekk kif temmew fis-7 post fl-istaġun li għadda.
Wara staġun mimli sfidi għal Juventus minħabba bosta sanzjonijiet, kif ukoll tnaqqis ta’ 10 punti mill-kampjonat, Juventus temmew fis-7 post f’staġun xejn memorabbli għal Bianconeri.
Juventus mistennija jilħqu ftehim mal-UEFA sabiex ma jagħmlux parti mill-kompetizzjoni għall-istaġun li ġej, hekk kif minħabba problemi finanzjarji kif ukoll legali fejn jitħlu t-transferimenti ta’ ċertu plejers, hemm possibiltà kbira li Juventus kisru ammont ta’ regoli tal-Financial Fair Play maħruġa mill-UEFA. B’hekk, it-tmexxija ta’ Juventus mistennija tiffirma qbil ġdid mal-korp Governattiv tal-futbol Ewropew li jistqarr li Juventus mhux se jikkompetu fil-UEFA Conference League s-sena d-dieħla, filwaqt li l-klabb mhux se jappella din id-deċiżjoni lil CAS.
B’din l-esklużjoni, Juventus se jkunu qed jittamaw li jipprevjenu iktar restrizzjonijiet ħarxa.
//= $special ?>