Lokali Parlament

L-art pubblika m’għandhiex tingħata b’xejn biex jitħanżru l-iżviluppaturi li jiksru l-liġi

Graziella Attard Previ, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ sostniet fil-parlament li l-art pubblika m’għandhiex tingħata b’xejn biex jitħanżru l-iżviluppaturi li jabbużaw u wara jkollhom l-approvazzjoni mill-awtoritajiet.

Fid-dibattitu parlamentari dwar għoti ta’ art f’Tas-Sliema lill-Grupp Fortina, Graziella Attard Previ qalet li l-parlament mhux jiddiskuti jekk hux se joħroġ il-permess għaliex l-estenzjoni tal-lido tal-Luaknda Fortina, il-bini diġà sar bil-barka tal-gvern. Hu sostna li l-PN dejjem kien favur in-negozju iżda l-affarijiet iridu isiru kif suppost.

Il-PN ma jaqbilx li jagħti bix-xejn art pubbliku biex minnha jitħanżru l-iżviluppaturi, sostna id-deputat Nazzjonalista, li din il-konċezzjoni qed tingħata għal 65 sena b’investiment inqas minn dak propost inizjalment. Is-sidien diġà rrilamaw il-lido l-ġdid bla ma kien hemm l-approvazzjoni tal-parlament.

Ir-residenti ta’ Tas-Sliema huma rrabjati għaliex il-gvern u l-awtoritajiet qed jipproteġi lil min hu b’saħħtu u mhux lilhom. Anki dawk li jmorru jgħumu f’din iż-żona huma rrabjati għaliex hemm se ssir marina.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li ma saret ebda konsultazzjoni mal-Kunaill Lokali Tas-Sliema u sostniet li l-pjani lokali ilhom li għaddew mill-2006 u l-gvern għadu jiġġustifika l-qerda ta’ Tas-Sliema. Hi qalet li Tas-Sliema kienet waħda mill-iktar lokalitajiet eleganti fi-pajjiż iżda llum ir-residenti għandhom problemi kbar ta’ nuqqas ta’ mistrieħ minħabba l-proġett li qed isiru bla ppjanar tajjeb.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li Tas-Sliema saret qisha żona ta’ gwerra u kompliet li r-residenti qed jiffaċċjaw problemi kbar ta’ kuljum ta’ bini tiela’ kullimkien, trabijiet, storbju, traffiku, nuqqas ta’ parkeġġ, bankini meħudin mill-barijiet, scooters għaddejjin wrong way fil-promenade u mitluqin kullimkien, moll fix-Xatt li ilu għaddej ħames snin u l-art li ttieħdet biex saret ristoranti.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-multa ta’ €70,000 lill-Fortina hi daħka fil-wiċċ għaliex mill-proġett se jiddaħħlu flejjes kbar.