Internazzjonali

L-Ingilterra: Żjara qasira minn Joe Biden fost il-laqgħat mal-Prim Ministru Sunak u r-Re Karlu

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden qed jagħmel żjara qasira fl-Ingilterra u li fiha spikkaw il-laqgħat li kellu mal-Prim Ministru Britanniku Rishi Sunak kif ukoll mar-Re Karlu.

Biden u Sunak għandhom jiltaqgħu mill-ġdid għada waqt is-summit tan-NATO li se jsir f’Vilnius, il-kapitali tal-Ukrajna u l-President Amerikan, waqt li kien fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Downing Street, fisser ir-relazzjonijiet bejn Londra u Washington bħala ‘sodi daqs blata’.

Min-naħa tiegħu, Sunak qal li r-Renju Unit u l-Istati Uniti għadhom u se jibqgħu alleati kbar  — bis-sorsi f’Londra jiżvelaw li hu u Biden iddiskutew fid-dettall id-deċiżjoni tal-Istati Uniti biex tisssupplixxi lill-Ukrajna bil-cluster bombs…Bombi li huma projbiti minn aktar minn 100 pajjiż, inkluż ir-Renju Unit, minħabba l-element ta’ periklu għaċ-ċivili.

Wara din il-laqgħa, Joe Biden iltaqa’ mar-Re Karlu tal-Ingilterra fil-Kastell ta’ Windsor u għalkemm il-President ma kienx qed jagħmel żjara Statali, hu xorta waħda ngħata merħba fuq stil ċerimonjali (f’Windsor) fejn hu u r-Re spezzjonaw gwardja tal-unur mill-membri tar-riġment famuż tal-Welsh Guards.