Sport Sport Ieħor

Lara Calleja tirbaħ il-fidda fil-Guernsey International Island Games

L-atleta Għawdxija Lara Calleja rebħet l-ewwel midalja għall-kontinġent Għawdxi fil-Guernsey International Island Games, hekk kif spiċċat fit-tieni post fil-Sport Trap tan-Nisa.

Calleja kisbet l-iskor ta’ 67/100 fit-tieni ġurnata tal-kompetizzjoni.

Apparti s-suċċess ta’ Calleja, Josef Azzopardi ukoll kellu prestazzjoni tajba fit-Traithlon individwali, hekk kif temm fis-17-il post minn 45 atleta.

Fl-ewwel ġurnata t-tim tal-futbol Għawdxi ukoll kien impenjat hekk kif affronta lil skwadra ta’ Jersey fejn sofrew telfa minima ta’ 1-0.

Illum it-tim Għawdxi kiseb riżultat ħafna aħjar hekk kif rebħu l-ewwel partita tagħhom bl-iskor ta’ 3-0 kontra St Helena. Chris Mercieca, Sam Harland u Jordi Parnis kienu l-awturi tal-gowls.

Din is-sena, l-Gozo Island Games Association hija rrappreżentata minn 40 atleta differenti li qed jikkompetu f’sports differenti fosthom l-atletika, iċ-ċikliżmu, l-isparar, l-għawm u t-triathlon kif ukoll il-futbol.