Graham Bencini, PN
Id-deputat Nazzjonalista Graham Bencini sostna fl-Aġġornament tal-parlament li r-rapport Monitoring Media Pluralism in the Digital Area stabilixxa li f’Malta hawn livell ogħli ta’ indħol politiku fix-xandir pubbliku.
Graham Bencini qal li dan ir-rapport jistabilixxi li f’Malta l-indħil poitiku fix-xandir pubbliku hu fil-livell ta’ 83% meta fl-Ewropa l-medja hi ta’ 48%; din hi kofnerma ta’ kemm l-indħol politiku fil-BS hu wieħed gravi. Dan hu ta’ detriment għad-demokrazija fil-pajjiż, sostna Graham Bencini.
Graham Bencini qal li dan ir-rapport stabilixxa li hemm riskji ogħla ħafna ta’ indħill poltiku fil-PBS; konferma oħra ta’ xandir maħkum biex tinxtered il-propoganda tal-gvern u mhxu biex jeduka lill-poplu.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-PBS jirrapporta biss dak li l-gvern qed jagħmel u jiċċensura dak kollu li jitfa’ lill-gvern f’dawk ikrah. Fost dawn kien hemm il-każ meta l-PBS iċċensura lill-Papa Franġisku meta dan kien Malta u qal li Malta trid tkompli tiġġieled il-korruzzjoni u twaqqaf il-korruzzjoni u l-ispekulazzjoni tal-art fil-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan seħħ ukoll fir-rapportaġġ tar-rapport ta’ Transparancy International fuq il-korruzzjoni f’Malta li l-PBS ma xandrux propju għax ir-rapport li Malta kienet fl-agħar pożizzjoni li qatt kienet fil-korruzzoni.
Id-deputat Nazzjonalista qal li anki l-qrati kkonfermaw li hemm żbilanċ politiku kontra l-PN u sostna li l-CEO tal-PBS Mark Sammut qed jitħallas €130,000 għal żewġ impjiegi waqt li l-PBS qed jitlef il-miljuni.
//= $special ?>