Il-Qorti laqgħet talba tal-familja tat-Tabib Naged Megally biex tinfetaħ investigazzjoni dwar x’wassal għall-mewt tiegħu waqt li kien rikoverat fl-Isptar Mater Dei.
It-talba mill-familja tat-Tabib Megally saret wara li tqanqlu suspetti serji li meta hu kien għall-kura fl-Isptar Mater Dei ma ngħatax it-trattamenti mixtieqa u mistennija.
Fid-dawl ta’ din it-talba u anki fid-dawl ta’ investigazzjonijiet li skattaw mill-Pulizija, il-Qorti ordnat li l-katavru jinżamm priservat fil-Kamra Mortwarja.
F’kumment lil In-Nazzjon dwar dan ix-xenarju persuna qrib ħafna tiegħu kkummenta hekk:
“It-Tabib Naged Megally għandu jibqa’ mfakkar għal dejjem għall-kuraġġ u l-perseveranza tiegħu. Minkejja d-diżabbiltà tiegħu, hu kompla juri rieda tajba, professjonalità, dedikazzjoni lejn il-pazjenti tiegħu u mħabba għall-qasam tal-fetal medicine. Id-determinazzjoni, passjoni u impenn qawwi fix-xogħol tiegħu jispira lilna lkoll.”
//= $special ?>