Lokali Parlament

Nies fl-Awtorità tal-Artijiet involuti f’kuntratti suspettużi favur il-ftit

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar sostna fil-parlament li nies fl-Awtorità tal-Artijiet qed ikunu involuti f’kuntratti suspettużi favur il-ftit u mhux fl-interess tal-poplu.

Fil-parlament Robert Cutajar qal li l-Awtorità tal-Artijiet tibqa’ kompliċi f’kuntratt skandalużi anki fil-mod mgħaġġel kif isiru kuntratti suspettużi. Hu appella biex membri tal-Awtorità tal-Artijiet ma jkunux kompliċi f’dak li qed isir u fil-mod kif jinħadmu l-istimi.

Id-deputat Nazzjonalista qal li mhux aċċettabbli li kollox jibqa’ għaddej u żied li għad hawn min min qed iħalli l-ħażen jirrenja. Hu sostna li n-nies responsabbli jridu jwieġbu u appella biex l-art tal-poplu ma tingħatax fl-interess tal-ftit u mhux fl-interess tal-poplu.