Hekk kif għada titfakkar il-‘World Population Day’, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ppubblika ċifri li juru li l-poplazzjoni Maltija sal-aħħar tas-sena li għaddiet laħqet l-542,051 persuna… żieda ta’ 4.2% meta mqabbla mas-sena ta’ qabel.
Fattur ewlieni li wassal għal din iż-żieda kien total ta’ 21,798 persuna li ġew jgħixu f’pajjiżna. Fejn minn dawn, 83.1% kienu nies li ġejjin minn pajjiżi terzi.
Fatt interessanti li joħroġ mill-istatistika tal-NSO huwa li Malta rreġistrat l-inqas rata’ ta’ tkabbir naturali f’dawn l-aħħar 15-il sena. Dan hekk kif is-sena li għaddiet twieldu 4,309 tarbija filwaqt li mietu 4,230.
Filfatt is-sena li għaddiet it-twelid tat-trabi naqas b’2% meta kkumparat mas-sena ta’ qabel…. bi 39.7% tal-ommijiet li welldu tarbija kellhom bejn it-30 u l-34 sena. Min-naħa l-oħra l-imwiet żiedu b’1.6%… b’67.4% kienu persuni li kellhom 75 sena jew iktar.
Madwar 53% tal-popolazzjoni kienu rġiel, filwaqt li persuni li għandhom inqas minn 18-il sena kienu jlaħħqqu 15.1%, u 18.6% kellhom iktar minn 65 sena. Minn dawn tal-aħħar: 2,415-il mara u 980 raġel kellhom iktar minn 90 sena.
//= $special ?>