Lokali

Tweġġà gravi wara li waqgħet meta pruvat taqbeż minn bejt għall-gallarija f’Tas-Sliema

Mara minn Nepal weġġgħet gravi wara li waqgħet madwar sular f’Tas-Sliema.

L-inċident seħħ it-Tnejn waranofsinhar għall-ħabta tas-1:00 fi Triq D’Argens.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li mara minn Nepal ta’ 30 sena residenti Raħal Ġdid kienet waqgħet madwar sular għoli. Il-mara waqgħet wara li ppruvat taqbeż minn fuq il-bejt għall-gallarija tal-propjetà minħabba li kienet issakkret barra.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.

Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ta’ natura gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.