Sport Sport Ieħor

Wimbledon 2023: Djokovic jgħaddi għall-kwarti finali b’rebħa missielta kontra Hurkacz

(Ritratt: EPA)

Novak Djokovic għadda għall-kwarti finali ta’ Wimbledon b’rebħa missielta kontra l-Pollakk Huber Hurkacz. Djokovic qiegħed jittama li jikser ir-rekord tat-tmien titli mirbuħa fil-kategorija tal-irġiel. Huwa għeleb lil Hurkacz bil-punteġġ ta ta’ 7-6 ; 7-6 ; 4-6 ; 6-4.

Fil-partiti l-oħra, Daniil Medvedev għadda għal ma’ l-aħħar tmienja għall-ewwel darba fil-karriera wara li l-avversarju tiegħu Jeri Lehecka rtira mill-konfront qabel il-partita. Medvedev jilgħab fil-kwarti finali kontra l-Amerikan Christopher Eubanks li għeleb lil Stefanos Tsitsipas.

Eubanks li diġa ħoloq sorpriża fit-tieni rawnd b’rebħa xejn mistennija kontra Cameron Norrie, reġa’ ssorprenda meta għeleb lil Tsitsipas, li kien ikkunsidrat bħala wieħed mill-favoriti li jirbaħ il-kompetizzjoni.

Fil-kategorija tan-nisa, Ons Jabeur għelbet lil Petra Kvitova sabiex ikkwalifikat għall-kwarti finali, fejn se terġa tilgħab kontra Elena Rybakina li eliminat lil Haddad Maia f’ripetizzjoni tal-finali tas-sena li għaddiet, fejn dakinhar kienet Rybakina li ħarġet rebbieħa.

Aryna Sabalenka għelbet u eliminat lil Alexandrova f’żewġ sets 6-4 6-0.