“Ħadd mhu jifhem għalfejn Robert Abela qiegħed iwebbes rasu minkejja l-appelli biex tinħatar Inkjesta Pubblika b’rabta mal-mewt ta’ Jean Paul Sofia.”
Dan sostnieh id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Ryan Callus fil-programm Xtra Sajf.
Ryan Callus irrefera għall-fatt illi Isabelle Bonnici allegat li l-Gvern qed jipproteġi lil xi ħadd f’din it-traġedja. U huwa propju għalhekk li Robert Abela baqa’ jirreżisti li jiftaħ Inkjesta Pubblika, minkejja l-appelli tagħha kif ukoll tal-Partit Nazzjonalista.
Hawnhekk Ryan Callus insista li jekk il-Prim Ministru ċaħad li qed jipproteġi lil xi ħadd mela aktar u aktar ħadd ma’ jista’ jifhem għalfejn Robert Abela qed jirreżisti Inkjesta Pubblika bil-qawwa kollha.
Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista qed jimbotta din il-kawża għaliex iħoss li l-ebda ġenitur m’għandu jgħaddi minn dan il-kalvarju.
Waqt il-programm, Ryan Callus fakkar li l-Pulizija ma ħadet l-ebda azzjoni għaliex sal-lum ħadd ma ġie arrestat b’rabta ma din it-traġedja. Huwa qal ukoll li fil-passat il-Pulizija saħansitra arrestaw nies waqt li kienet għaddejja Inkjesta Maġisterjali – bħalma ġara fil-każ ta’ Miriam Pace.
//= $special ?>