Il-Gvern Taljan sar l-ewwel Gvern fl-Ewropa li se jqassam ‘social card’ – simili għal card tal-bank – sabiex il-familji jiġġieldu l-għoli tal-ħajja.
Il-card se jkun fiha €382.50 u tista’ tintuża għax-xiri tal-ikel sal-aħħar ta’ Diċembru li ġej.
Din il-card ingħatat l-isem ‘Dedicata a te‘ u se tmur għal familji li għandhom dħul li huwa anqas minn €15,000. Fil-fatt, huma kważi 1,300,000 il-familji Taljani li se jibbenefikaw minn din l-inizjattiva diretta li ħa l-Gvern ta’ Giorgia Meloni.
//= $special ?>