Melita għadha kif iffinalizzat l-implimentazzjoni tas-servizz tar-roaming 5G tagħha madwar l-UE kollha, li permezz tiegħu qed tipprovdi konnettività affidabbli, veloċi u bla interruzzjonijiet lill-klijenti tagħha waqt is-safar.
Lil hinn mill-fruntieri tal-UE, is-servizz tar-roaming tad-data 5G huwa disponibbli wkoll f’pajjiżi bħar-Renju Unit, l-Istati Uniti, il-Kanada, l-Iżvizzera u l-Emirati Għarab Magħquda. Din l-inizjattiva tirrifletti l-impenn tal-kumpanija li twassal servizz eċċellenti billi tiżgura li l-klijenti tagħha, ikunu fejn ikunu, sew fuq xogħol u sew fuq divertiment, ikollhom aċċess għall-aktar networks veloċi u li tista’ torbot fuqhom.
Li jkollok konnessjoni kontinwa u affidabbli huwa essenzjali għal negozji bħal GVZH, kumpanija legali ewlenija f’Malta. Din id-ditta għadha kemm akkwistat is-servizz endless mobile plan ta’ Melita Business tal-ogħla livell, li jinkludi s-servizz kontinwu ta’ roaming 5G madwar l-Ewropa kollha.
Għaldaqstant, hi u tipprovdi servizzi ta’ konsulenza madwar l-UE, it-tim legali tal-kumpanija jista’ jkompli jibbenefika mill-istess konnettività 5G li toffri l-Melita Business, fosthom konnettività veloċi u affidabbli għal video streaming u servizzi oħrajn li jirrikjedu ħafna data, kif ukoll telefonati u SMS bla limitu. Dan jiżgura li l-impjegati ta’ GVZH jibqgħu l-ħin kollu konnessi u produttivi, speċjalment meta jkunu qed joffru konsulenza madwar l-UE.
Is-sħubija tal-Melita ma’ msieħba oħra tar-roaming jiżgura li l-klijenti tagħha jkollhom aċċess għal network 5G ekwivalenti, daqstant veloċi u affidabbli, ikunu fejn ikunu fi ħdan l-UE, b’moħħhom mistrieħ li mhux se jkun hemm xi ħlasijiet addizzjonali jew limitazzjonijiet fis-servizz.
Dr Andrew Zammit, Managing Partner ma’ GVZH, qal: “GVZH għażlet Melita Business għall-mod kif taqdi l-klijenti kbar tagħha, billi toffri sapport u pariri effiċjenti u personalizzati dwar kull aspett tal-bżonnijiet tat-telekomunikazzjoni. Dan jinkludi kollox, minn iggwidar sabiex nagħżlu l-aħjar pakkett ta’ servizzi sal-individwazzjoni ta’ soluzzjonijiet għal problemi tekniċi.”
F’kumment dwar l-iffinalizzar tal-implimentazzjoni tas-servizz tar-roaming 5G mal-Ewropa kollha, Malcolm Briffa, Direttur tas-Servizzi għan-Negozju ta’ Melita, qal: “Kuntenti ħafna li qegħdin f’pożizzjoni li noffru lill-klijenti tagħna konnettività 5G bla xkiel, mal-Ewropa kollha u lil hinn minnha.
“Qegħdin nuru bil-fatti l-impenn tagħna li nipprovdu l-aqwa servizz possibbli lill-klijenti tagħna, u nagħmlu ħilitna biex nibqgħu naħdmu ma’ operaturi tar-roaming oħra barra mill-UE sabiex il-klijenti tagħna jgawdu minn konnettività kontinwa, veloċi u affidabbli, ikunu fejn ikunu madwar id-dinja.
Apparti milli nipprovdu l-kopertura, aħna niffukaw l-isforzi tagħna wkoll sabiex ir-roaming ikun affordabbli. Biex nilħqu dan l-għan, b’mod regolari ninnegozjaw mal- msieħba tar-roaming tagħna sabiex ir-rati tar-roaming barra mill-UE jkunu dejjem aktar affordabbli.”
Robert Runza, Direttur tal-Iżvilupp tan-Negozju ta’ Melita, żied li l-Melita kburija li qed issostni organizzazjonijiet bħal GVZH, li jirrikonoxxu l-valur tas-servizz top-tier u d-dedikazzjoni tal-kumpanija sabiex tipprovdi sapport personalizzat.
//= $special ?>