Mediterranean College of Sport u Hudson Group, iffirmaw ftehim fil-Padiljun Sportiv ta’ San Alwiġi fejn tnhieda video promozzjonali li se jkun qed jidher fit-tieni parti tal-kampanja għar-reklutaġġ ta’ studenti.
Dettalji ingħataw mill-Kap Eżekuttiv tal-Kulleġġ, Charlo Bonnici, li ħabbar li mil-lat akkademiku l-iskola se tkun qed titmexxa minn Mariucca Fenech, edukatriċi ta’ esperjenza, filwaqt li l-parti sportiva u r-reklutaġġ tal-istudenti se jitmexxa minn George Micallef, edukatur u xandar tal-isport li kien ukoll l-ewwel Kap tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport.
Ġie reklutat ukoll il-Head Coach għall-football. Dan se jkun Taljan b’esperjenza vasta jaħdem fuq livell professjonali fl-Italja, l-Ingilterra, l-Fillandja u l-Portugall. Ġew identifikati numru ta’ persuni oħra għar-rwoli fix-xjenza sportiva, fil-kowċing tal-futbol u l-atletika.
Kif diġa tħabbar, wara ftehim mal-ASA, il-kowċis nazzjonali tal-water polo, għawm u għawm artistiku, se jkunu wkoll il-head coaches tal-Kulleġġ.
Indirizza wkoll Indrek Heinmets, f’isem Hudson Group li esprima l-entużjażmu tiegħu u tal-kumpanija tiegħu għall-kollaborazzjoni mal-Kulleġġ.
Pio Vassallo, Chairman tal-Kulleġġ ta rendikont tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li għaddejin bħalissa fuq l-iskola fosthom bini tal-iskola, car park mifrux fuq żewġ sulari, bini tal-ewwel Sport Hotel f’Malta u bini ta’ sala għall-ġinnastika u x-xogħol preparatorju fuq Ċentru għax-Xjenza u r-Riċerka Sportiva flimkien mal-pixxina ta’ 25 metru.
Fit-8 u d-9 ta’ Novembru l-kulleġġ se jorganizza Konferenza Nazzjonali għal dawk kollha fis-settur ta-isport
//= $special ?>