Membru Parlamentari Laburista, wieħed wara l-ieħor, kollha jgħidu li jridu jaraw li ssir ġustizzja għall-mewt ta’ Jean Paul Sofia… iżda kollha jirrifjutaw li jaraw li sseħħ ġustizzja sħiħa permezz ta’ Inkjesta Pubblika.
L-Erbgħa filgħaxija se jkun qed jittieħed il-vot għal Inkjesta Pubblika dwar il-mewt traġiku taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia wara s-sejħa ta’ ommu, Isabelle Bonnici. Iżda l-membri tal-Gvern kollha qed jisħqu li Inkjesta Maġisterjali hi biżżejjed… minkejja li din tħalli numru ta’ mistoqsijiet mhux imwieġba.
Isabelle Bonnici ilha għal dawn l-aħħar xhur tappella u titlob lill-Gvern ta’ Robert Abela biex jaħtar Inkjesta Pubbliku dwar din it-traġedja… iżda sa issa, seba’ xhur wara, Abela għadu qed iwebbes rasu.