Il-klabb tas-Serie A tan-nisa Inter ippreżenta lill-attakkant internazzjonali Maltija Haley Bugeja bħala plejer ġdida tiegħu.
Dan wara li fl-1 ta’ Lulju, il-klabb Amerikan Orlando Pride ħabbar formalment li kien aċċetta l-offerta li saritlu mill-klabb Taljan, u b’hekk aċċetta t-trasferiment tagħha wara sena.
Bugeja, li għandha 19-il sena, iffirmat kuntratt ta’ tliet snin, sa Ġunju tal-2026 man-Nerazzurri.
Inter spiċċaw fil-ħames post tal-klassifika Poule Scudetto l-istaġun li għadda b’39 punt, bit-tim ta’ Roma jirbaħ il-kampjonat b’67 punt, 13 aktar mit-tim ta’ warajhom Juventus.
//= $special ?>