Sport Sport Ieħor

International Island Games: Għawdex tirbaħ l-ewwel Deheb permezz tat-tiratur Marlon Attard

F’Guernsey f’ġurnata oħra ta’ kompetizzjoni tad-19-il edizzjoni tal-International Island Games, Għawdex rebħet l-ewwel midalja tad-deheb permezz ta’ Marlon Attard li rebaħ il-finali Skeet. Wara li fl-ewwel provi kien għamel serje ta’ 24 ; 21 ; 20 ; 24 ; 23 għal total ta’112, fil-finali temm fl-ewwel post bi 52 plattina.

Fit-tieni u tielet post temmew Torur Flott u Johann Flott tal-Gżejjer Faroe b’46 u 38 plattina rispettivament. Fl-ewwel ġurnata ta’ kompetizzjoni Lara Calleja kisbet il-midalja tal-fidda fit-Trap.

Fil-futbol it-tim Għawdxi kiseb it-tieni rebħa meta għeleb lil Menorca 1-0 b’gowl ta’ Jordi Parnis.