Sport Sport Ieħor

Kontinġent Malti ta’ 32 atleta fi Franza għal-logħob tal-FISEC-FICEP

Ħalla Malta l-kontinġent ta’ atleti u uffiċjali li se jieħdu sehem fl-edizzjoni ta` din is-sena tal-Logħob tal- FISEC-FICEP, f’Dunquerque, Franza bejn l-10 u s-16 ta` Lulju.

Il-kontinġent huwa magħmul minn 38 parteċipant, li 32 minnhom huma żagħżagħ ta` bejn il-15 u s-17-il sena li se jieħdu sehem fl-għawm u atletika.

Madwar 900 parteċipant minn 17-il pajjiż se jieħdu sehem, f’din l-edizzjoni.

L-għan tal-logħob tal-FISEC, apparti kompetizzjoni sportiva, jinkludu ukoll lok fejn iż-żagħżagħ minn pajjiżi differenti jiltaqgħu, jiddiskutu, jitgħallmu u jikkompetu f’ambjent ta’ ħbiberija.

It-tema magħżula għal din is-sena hija: 𝐓𝐚𝐦𝐚: 𝐍𝐚𝐪𝐬𝐦𝐮 𝐥-𝐄𝐬𝐩𝐞𝐫𝐣𝐞𝐧𝐳𝐚.

Il-programm ta’ din is-sena, jinkludi wkoll forums taż-żagħżagħ, wirjiet kulturali madwar Dunquerque, quddiesa, kif ukoll il-promozzjoni tal-isport bħala mekkaniżmu li jagħqqad persuni ta’ abiltajiet differenti.