Lokali

Mara feruta gravi wara li idha inqabdet f’makkinarju

Mara sofriet ġrieħi gravi wara inċident li seħħ f’fabbrika fi Triq tal-Ħlas, Ħal Qormi.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fil-post kmieni dalgħodu, u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-mara ta’ 54 residenti Pembroke weġġgħet wara li idha nqabdet f’xi makkinarju waqt li kienet
qed taħdem.

Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadita l-Isptar Mater Dei għall-kura
medika, fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol
għadhom għaddejjin.