Kommossjoni fil-Qorti hekk kif Mary Agius omm Maria Lourdes tolfoq u tibki rrakkuntata kif wara l-lejl li seħħ il-qtil, fil-15 ta’ Settembru tal-2018, innutat li fid-dar kien hemm kwiet perfett, u dak li kien is-sieħeb ta’ qalilha li bintha kienet marret tixtri u qal lilha biex tilbes u toħroġ mid-dar.
Qalet li meta kien qed jipprepara l-ħalib għat-tarbija marret fil-kamra tas-sodda għax m’emmnitux u sabet lil bintha mgħottija b’kutra, kienet mejta, mimlija daqqiet u li anki snienha kien qalalha bis-swat. Xehdet li libset malajr u waslu l-pulizija u li dawn qalulha biex tmur ghand il-familja.
Hekk kif l-prosekuzzjoni talbet biex ix-xhud tidentifika lill-akkużat, izda l-omm inħakmet minn emozzjoni kbira, bdiet tibki u ma felħitx thares lejh.
Dan ħareġ hekk kif il-ġuri fil-konfront ta’ Michael Emmanuel ta’ 35 sena mill-Kosta tal-Avorju, akkużat bil-qtil tas-sieħba tiegħu Maria-Lourdes Agius fl-2018. daħal fi-tieni jum il-ġuri kontra Michael Emmanuel mill-Kosta tal-Avorju, akkużat bil-qtil tas-sieħba tiegħu Maria Lourdes Agius fl-2018.
Emmanuel qed jiġi akkużat b’seba’ Kapi ta’ Akkuża li jinkludu wkoll li jumejn qabel qatel lil Agius wettaq atti ta’ vjolenza domestika fuqha u fuq ommha u li kien fil-pusses ta’ dokumenti foloz. Jinsab mixli wkoll li fil-jiem ta’ qabel il-qtil ikkaġuna ġrieħi gravi kemm lill-vittma kif ukoll lil ommha li kienet tgħix fl-istess appartament magħhom.
Akkużi oħra li qed jiffaċċja Emmanuel huma li m’obdiex ordnijiet leġittimi tal-awtorità u li kien f’pussess ta’ karta tal-identità u liċenzja tas-sewqan Griegi, li t-tnejn kienu foloz. Waqt il-kontro-eżami Mary Aguis kkonfermat li lejlet l-omiċidju kienet ħadet xi pilloli tal-irqad li kienu tawhomlha mill-isptar. Qalet iżda li xorta qamet bl-istorbju li beda jagħmel ‘Mike’ tiela’ u nieżel it-taraġ. Qalet li r-relazzjoni tagħha ma’ bintha kienet tajba.
Kienu jċemplu lil xulxin u għalkemm ma kinitx kuntenta dwar ir-relazzjoni tagħha mas-sieħeb tagħha, bintha kellha l-età tagħha. Meta kienet tgħix Buġibba kienet ratha ħames darbiet. Madankollu qalet li Maria Lourdes kienet taraha wkoll meta kienet iżżurha Raħal Ġdid.
Xehed ukoll John Agius, ħu l-vittma li qal li oħtu kienet tgħix ma’ ommha ġewwa Raħal Ġdid u magħhom kien jgħix l-akkużat. Tenna li lil Mike ma tantx kien jafu. Qal li għall-ewwel kien kuntent bih għax ħaseb li oħtu fl-aħħar sabet lil xi ħadd li tħobb imma ma kienx il-każ. Dan għax kien ta’ spiss issawwatha u dejjem tispiċċa mbenġla, Mhux l-ewwel darba li kienet tgħidu li ma tinsabx kuntenta.
Kompla jgħid li r-relazzjoni bejn l-akkużat u ommu ma kinitx tajba. Tenna li mhux l-ewwel darba meta oħtu kienet tkun qed tixrob it-te, kien jitfgħalha l-kikkra mal-art b’vendikazzjoni u kien hemm drabi meta kien isawwatha.
Xehed ukoll li fit-13 ta’ Diċembru tal-istess sena oħtu qaltlu biex imur id-dar għax Mike kien sawwathom. Qal li lemaħ lill-pulizija u ommu tittieħed l-isptar bl-ambulanza u staqsa lil ommu x’kien ġara. Tenna li baqa’ jistenna u xi ħadd qallu li Mike ma kienx id-dar u kien telaq ma’ żewġt uliedu.
Ftakar ukoll li Maria Lourdes u ommu qalulu biex jibdel is-serratura u hekk għamelk. Qal li ra lil ommu titlaq mill-post bl-ambulanza u ftit wara li biddel is-serratura, mar l-Isptar Mater Dei ħdejn ommu u oħtu. Qal li lil ommu qalilha li kien se jieħu lit-tifla ta’ Maria Lourdes, miegħu. Huwa kompla li qabel mar l-isptar kien mar l-għassa biex jagħmel rapport.
Huwa semma nċidenti oħra dik li l-akkużat kien waddab siġġu lejn dahar ohtu mill-gallarija u qasmilha daharha għax kien siġġu tqil. Ommu ukoll kellha tbenġil fuq sidirha u daqqiet ta’ ponn fuq moħħha. Huwa kkonferma wkoll li meta mar l-għassa kien hemm ukoll Mike bit-tfal. Qal ukoll. li Mike kien heddidhom it-tlieta li huma u kien ukoll imbotta lil omm il-vittma t-taraġ tad-dar tagħhom.
Il-ġuri qed jinstema’ mill-Imħallef Aaron Bugeja, fejn kmieni filgħodu xehed l-ispettur Conrad Ellul li qal li Maria Lourdes nstabet mejta fil-kamra tas-sodda tal-appartament tagħha f’Raħal Ġdid. Qal li mill-awtopsja kienet ikkonfermata li l-vittma mietet fgata.
Qal ukoll li kien konxju dwar ir-relazzjoni bejn l-akkużat u l-vittma u li fil-lejl tat-tlettax u l-erbatax ta’ Settembru waqt ronda li kien qed jagħmel fiż-żona, il-koppja kellhom xi argument. Xehed ukoll is-Supretendent Arnold Cassar li mill-investigazzjonijiet li saru l-vittma mietet fgata.
Qal li meta seħħ il-qtil, id-dar instabet fi stat abitabbli u li l-akkużat ried jitkellem mal-pulizija iżda ma riedx l-għajnuna ta’ avukat. Skont l-akkużat il-vittma qaltlu li riedet tmur il-Ghana biex ticcekja l-identità tiegħu.
Għal Emmanuel qed jidher l-Avukat tal-Għajnuna Legali Simon Micallef Stafrace filwaqt li l-Avukati Maria Francesca Spiteri u Anthony Vella qed imexxu l-prosekuzzjoni f’isem l-Avukat Ġenerali. L-Avukati Lara Dimitrijevic u Stephanie Caruana qed jidhru għal parte civile, f’dan il-każ omm u ħu l-vittma.
//= $special ?>