Clayton Castaldi għamilha għall-finali tal-individwali fil-kampjonat tad-dinja li qed isir fil-Marokk, wara li fis-semi finali għeleb lil Richard Giifford ta’ Wales 10-9. Qabel dan, fil-kwarti finali, Castaldi kiseb rebħa tajba ta’ 9-4 fuq Hilton Patel tal-Indja. Castaldi fil-finali li tintlagħab l-Erbgħa, jiltaqa’ kontra l-Ingliż Josh Kane.
It-tim Malti tal-Irgiel ħareġ tellief bl-iskor ta’ 6-4 fil-finali tal-kompetizzjoni World Team Shootout kontra t-tim nazzjonali tal-Irlanda ta’ Fuq. Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li t-tim Malti safa megħlub fil-finali ta’ din il-kompetizzjoni mill-istess tim Irlandiz.
It-tim Malti issa jkompli l-impenji tiegħu fil-Kampjonati tad-Dinja bl-aħħar logħba tal-gruppi kontra l-Belġju.
It-timijiet Maltin ta’ Taħt it 18 u t-23 sena kifuwkoll dak ta’ l’Fuq minn 50 sena jkunu impenjati fl-aħħar loghba tagħhom iżda huma certi mill-kwalifikazzjoni għall-fażi tal-playoffs.
//= $special ?>