Futbol Sport

Rebħa għal Maccabi Haifa f’partita mtappna min-numru ta’ inċidenti

(Ritratt: Joseph Galea)

Ħamrun S. …………………….. 0

Maccabi Haifa ……………….. 4

Ħamrun S.: F.Marchetti, J.Corbolan, S.Borg, R.Camenzuli, N.Krstic, E.Marcelina, O.Bjelicic, R.Prsa, Jonny, U.Djuranovic, Elinoay

Maccabi Haifa: I.Nitzan, D.Sundgren, S.Goldberg, A.Seck, D.Saba, G.Naor, A.Mohamed, T.Chery, P.Cornud, D.David, F.Pierrot

Referee: D.Robertson

Assistenti Referees: G.Stewart, R.Macleod

Fis-Centenary Stadium Ħamrun Spartans kienu megħluba minn Maccabi Haifa bl-iskor ta’ 4-0 fl-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni fil-UEFA Champions League. Mal-20 minuta tasal l-ewwel azzjoni perikoluża għal Ħamrun meta Johnny għadda tajjeb bix-xutt tiegħu ikun mdawwar f’corner mill-goalkeeeper ta’ Maccabi Haifa. Il-partita kellha titwaqqaf għal xi ħin hekk kif il-partitarji ta’ Maccabi Haifa tefgħu xi flares fil-ground, bl-uffiċjali tal-partita jispezzjonaw il-gorund qabel setgħet titkompla l-partita.

(Ritratt: Joseph Galea)

Maccabia Haifa fetħu l-iskor fil-41 minuta meta minn corner minn fuq il-lemin kien Pierrot li żmarkat fil-kaxxa, bir-ras għeleb lil Marchetti għal 1-0. Fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima Maccabi jirduppjaw, meta minn kontrattakk veloċi, kien Dean David li b’konklużjoni preċiża tefa’ fix-xibka, bl-Ispartans jidħlu jistrieħu b’żewġ gowls minn taħt.

(Ritratti: Joseph Galea)

Fit-53 minuta Ħamrun sfotunati, meta ix-xutt b’saħħtu ta’ Bjelicic stampa mal-lasta bid-difiża ta’ Maccabi tbiegħed il-periklu. Fil-55 minuta għal darba’oħra il-partita kellha titwaqqaf minħabba imġieba deplorabbli mill-partitarji ta’ Maccabi, fejn ntefgħu flares fin-naħa tal-partitarji ta’ Ħamrun bil-partita tkun sospiża momentarjament. Bil-partita titkompla, fis-57 minuta Maccabi jagħmluhom tlieta meta minn cross mil-lemin kien Seck li bir-ras għadda lejn Pierrot li mill-ġdid sab ix-xibka għal 3-0.

Ħamrun sofrew ir-raba’ gowl fit-78 minuta meta l-backpass ta’ Ryan Camenzuli kien antiċipat minn Anan Khalaili li xeħet wara Marchetti għal 4-0. Fil-ħin mogħti żejjed, id-daqqa ta’ ras ta’ Luke Montebello kienet maqlugħa minn fuq il-linja mid-difensuri ta’ Maccabi.