It-tiratur Nico Sciberras għaqqad hat-trick personali fi żmien tliet ġimgħat meta wara li rebaħ il-Grand Prix u l-kompetizzjoni Trap 50+50 ix-xahar li għadda, issa rebaħ ukoll il-John Grech Trophy li saret fis-Southern Shooting Club.
Wara Sciberras spiċċaw Anglu Ciappara u Johan Xuereb rispettivament.
Il-kompetizzjoni kienet tikkonsisti f’żewġ rounds ta’ kwalifika b’25 plattina kull wieħed u 25 plattina oħra fil-finali b’tir wieħed.
Is-sitt finalisti spiċċaw hekk:
1. Nico Sciberras 49/50 (kwalifika) + 22 finali
2. Anglu Ciappara 44/50 (kwalifika) + 21 finali +4 shoot-off
3. Johan Xuereb 40/50 (kwalifka) + 21 finali +3 shoot-off
4. Ryan Bugeja 45/50 (kwalifika) + 21 finali +1 shoot-off
5. Gianluca Chetcuti 47/50 (kwalifika) + 18 finali
6. Nicholas Carabott 43/50 (kwalifika) +12 finali
Klassi A:
1. Nico Sciberras 49/50
2. Gianluca Chetcuti 47/50
3. Ryan Bugeja 45/50
Klassi B:
1. Nicholas Carabott 43/50
2. Johan Xuereb 40/50
3. Jean Pierre Coleiro 39/50
Klassi C:
1. Joseph Camilleri 38/50
2. Hubert Baldacchino 36/50
3. Christian Borg 36/50
Il-kompetizzjoni Trap li jmiss se tkun l-MSSF Trap Selection li se tkun qed issir fil-5 u s-6 ta’ Awwissu fil-Malta National Shooting Ranges.
//= $special ?>