Jonas Vingegaard iżomm postu fil-quċċata tal-klassifika ġenerali
L-għaxar stadju tat-Tour de France kien bejn Vulcania u Issoire fuq medda ta’ 167.5 kilometri.
Suċċess għall-Ispanjol ta’ Bahrain Victorious , Pello Bilbao Lopez li bi sprint fuq l-ewwel grupp għamel id-distanza fi 3 sigħat, 52 minuta u 34 sekonda. Warajh daħlu Georg Zimmermann tal-Ġermanja għal Intermarche’ Circus Wanty u Ben O’Connor tal-Awstralja għal AG2R Citroen Team.
Fil-klassifika ġenerali wara l-għaxar stadju Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Jumbo Visma baqa’ fl-ewwel post b’ħin totali ta’ 42 siegħa, 33 minuta 30 sekonda b’distakk vantaġġ ta’ 17-il sekonda fuq is-Sloven Tadej Pogacar ta’ UAE Team Emirates filwaqt li l-Awstraljan Jai Hindley għal Bora Hansgrohe jinsab b’distakk ta’ 2 minuti u 40 sekonda.
Il-ħdax-il istadju huwa bejn Clermont Ferrand u Moulins fuq distanza ta’ 180 kilometru.
//= $special ?>