Żagħżugħa ta’ 28 sena ttieħdet l-Isptar għall-kura wara li kienet involuta f’ħabta head-on fin-niżla ta’ Sa Maison.
Dan il-każ seħħ għall-ħabta tal-4.20pm, hekk kif minn investigazzjoni preliminari li saret, irriżulta li seħħet ħabta frontali bejn vann tal-għamla Iveco Iris li jġorr il-persuni bi bżonnijiet speċjali, misjuq minn raġel ta’ 57 residenti Birzebbuġa, u bejn vettura tal-għamla Volkswagen misjuqa mill-vittma ta’ 28 sena residenti Birkirkara.
Tim mediku flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fil-post sabiex jassistu. Ftit tal-ħin wara, l-vittma ittieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa.
Sa issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni taż-żagħżugħa, filwaqt li r-raġel ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>