Futbol Sport

Ħamrun Spartans b’talba biex it-tieni leg jintlagħab fi ground newtrali

(Ritratt: Joseph Galea)

Hamrun Spartans Football Club wissew lill-UEFA li jekk il-logħba ta’ ritorn issir f’Iżrael, qed jikkunsidraw li ma jilagħbux it-tieni leg ta’ kwalifikazzjoni miċ-Champions League.

Dan wara li l-klabb għamel talba formali lill-UEFA biex ir-ritorn tal-logħba kontra Maccabi Haifa F.C. tintlagħab f’pajjiż newtrali, u mhux fl-Iżrael.

Fi stqarrija, Hamrun Spartans iddikjaraw li dan il-pass iserraħ moħħ il-kontinġent kollu Ħamruniż, inkluż grupp imdaqqas ta’ partitarji, wara dak li seħħ ilbieraħ kif ukoll minħabba “s-sitwazzjoni politika inkwetanti f’Iżrael.”

Hamrun Spartans innotaw li fl-aħħar jiem il-klabb kien diġa’ kiteb lill-UEFA wara li faqqa’ l-ġlied bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani, ftit boħod minn Haifa. Qalu li din is-sitwazzjoni tpoġġi periklu għall-kontinġent Ħamruniż.

Il-Pulizija jintervjenu waqt li l-partitarji ta’ Maccabi qalgħu l-inkwiet (Ritratt: Joseph Galea)
Diriġenti taż-żewġ timijiet u rappreżentat tal-UEFA waqt li l-partita kienet wieqfa minħabba l-inkwiet (Ritratt: Joseph Galea)