Eve Borg Bonello, PN
Id-deputat Nazzjonalista Eve Borg Bonello qalet fil-parlament li l-gvern ilu snin twal biex deċiżjonijiet importanti dwar l-enerġija.
Fid-dibattitu parlamentari dwar il-ħolqien ta’ żona esklussiva ekonomika fuq il-baħar, Eve Borg Bonello qalet li ż-żona ekonomika esklussiva hi pożittiva iżda għandu jun hemm data ta’ skandenza marbuta magħha. Hi qalet li l-proposti li qed iressaq il-gvern ilhom jingħaddu iżda dwarhom ma sarx xejn. Il-PN ilu snin sħaħ jappella għal dawn l-inizjattivi sa mill-2009 iżda Gvern Laburista qatilhom meta kien fil-gvern.
Eeve Borg Bonello sostniet li l-pajjiż rema’ bosta opportunitajiet biex jimxi ‘il quddiem u kompliet li l-idroġinu għandu jkun sors ta’ enerġija llum.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-gvern Labruista hu marbut mal-windfarms tal-Montegro meta l-gvern Laburista kien jaf li qed iħallas tliet darbiet iktar mill-prezz ġust.
Eve Borg Bonello qalet li 10% tal-fmailji Maltin ma jaffrodjawx jixgħelu l-airconditioners waqt li 500 persuna f’Malta tmut kull sena minħabba l-kwalità tal-arja. Quddiem din is-sitwazzjoni l-gvern jibqa’ jieħu deċiżjonijiet li jeffettwaw l-ambjent b’mod negattiv. Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-pajjiż qed jissagrifa l-ħajja bħal ta’ Jeanpaul Sofia fuq l-artal tal-ekonomija.
//= $special ?>