Lokali

Il-petizzjoni għal inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia taqbeż is-17,500 firma

Il-petizzjoni li bdiet Isabelle Bonnici biex il-membri parlamentari kollha jivvutaw favur inkjesta pubblika taqbeż is-17,500 firma; talba mill-aktar ċara li l-poplu huwa favur inkjesta pubblika.

Matul dawn l-aħħar xhur Isabelle Bonnici ħadmet qatigħ tappella lill-gvern għal inkjesta pubblika iżda l-Prim Ministru Robert Abela kompla jirreżisti din it-talba bil-qawwa kollha.

Isabelle Bonnici mill-bidu saħqet fuq l-importanza li joħorġu l-iżbalji li hemm fis-sistema biex ġenituri oħra ma’ jgħaddux mill-istess dulur li għaddiet minnu hi u l-kumplament tal-familja tagħha.

Il-Partit Nazzjonalista ilu għal diversi xhur jappoġġja l-kawża ta’ Isabelle Bonnici biex tinfetaħ inkjesta pubblika iżda kollox se jkun determinat bil-vot li se jittieħed illejla fil-parlament bit-tama li finalment toħroġ il-verità kollha dwar x’wassal għal mewt ta’ dan iż-żagħżugħ.