Mark Anthony Sammut, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut qal fil-parlament li filwaqt li 10 snin ilu l-Gvern Nazzjonalista kien diġà qed jippjana t-turibini tar-riħ fuq il-baħar, il-PL dak iż-żmien kien jopponi għal dik il-politika.
Fid-dibattitu parlametnari dwar il-ħolqien ta’ żona ekonomika esklussiva, Mark Anthony Sammut tkellem dar il-konnessjonijiet ta’ Malta ma’ pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuqu u appella biex il-gvern jispjega dak li inbidel wara li sena ilu, l-Ministru Dalli kienet tat x’tifhem li l-gvern qed iħares lejha.
Hu tkellem dwar l-enerġija mir-riħ u sostna li llum hawn qbil iżda fid-9 ta’ Ottubru 2011 meta l-pajjiż kien qed jikkunsidra l-enerġija mir-riħ, il-PL kien qed jakkuża lill-gvern Nazzjonalista li qed iserraħ wisq fuq l-enerġija mir-riħ. Meta l-Gvern Labruista kien elett fl-2013, il-gvern neħħa l-politika tal-enerġija mir-riħ fil-pjani tiegħu. Dan meta fl-istess żmien il-gvern Labruista kien qed iħares lejn il-Montenegro għall-enerġija mir-riħ!
Id-deputat Nazzjonalista qal li mir-rapport dwar dan il-każ kien irriżulta li kien hemm prassi li wħud mill-membri tal-Bord tal-Enemalta ma kellhomx il-kompetenza u l-esperjenza meħtieġa għal dan il-Bord u kienu hemm biss hemm għal skopijiet politiċi.
Dan l-istess kif seħħ f’istituzzjonijiet u bordijiet oħra tal-Enemalta. Ir-rapport jikkonferma kif din il-proposta tal-Montenegro ġiet mingħand l-ex Ministru Konrad Mzizi.
L-Enemalta kienet taf minn qabel li kienet qed tħallas tliet darbiet iktar minn dak li nefqet il-kumpanija Cifidex li kellha tgħaddi l-qligħ lil 17 Black; liema kumpanija kienet tappartjeni lill-persuna akkużat bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Imbagħad din kellha tgħaddi l-€5,000 kuljum lill-kumpaniji sigrieti ta’ Keith Schembri.
L-Enemalta qalet li offriet kollaborazzjoni massima biex dan ir-rapprot seta’ jsir u spjega kif dan il-windfarm fil-Montenegro inxtara €10 miljun iżda fix-share price agreement kien dikjarat li dan inxtara għal €3.5 miljun.
L-Enemalta qalet li ma tafx għaliex dan seħħ għax qalet li kienu l-avukati tagħha li ħadu ħsieb iżda l-avukati qalu li kienu l-avukati fil-Montenegro li ħadu ħsieb waqt li l-avukati fil-Montenegro qalu li insew għaliex kien dikjarat il-prezz ta’ €3.5 miljun.
Ir-rapport jgħid li l-investigaturi la kellhom aċċess għall-emails u lanqas għar-rapporti tal-Enemalta u għalhekk kellhom diffikultajiet fl-investigazzjonijiet iżda l-Kummissarju tal-Pulizija jista’ jinvestiga jekk irid.
Hu qal li issa hu konfermat li l-gvern ħela 10 snin fir-rigward tal-enerġija tat-turbini tar-riħ u sostna li Malta għandha ssir hub u leader f’dan is-settur billi jnħolqu l-istrutturi li jattiraw l-investiment f’dan il-qasam.
Mark Anthony Sammut qal li l-interconnector kien ippjanat u kummissjonat mill-Gvern Nazzjonalista qabel l-2013. Hu semma’ l-power station tal-BWSC u qal li wara l-attakki kollha tal-PL mill-Oppożizzjoni, il-gvern Laburista stess kif tela’ fl-2013 biegħ din il-power station liċ-Ċniżi. Ir-rapport tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni dwar din il-power station tlesta sentejn ilu u ma sab l-eba xamma ta’ korruzzjoni. Dan minkejja l-allegazzjonijiet kollha tal-PL.
Hu qal li l-Prim Ministru qed inissel il-firda mhux biss fil-konfront tal-PN iżda anki mal-familja ta’ Jean Paul Sofia li jridu biss li ssir ġustizzja u inkjesta pubblika. Id-deputat Nazzjonalista appella lid-deputati Laburisti biex jisimgħu l-karba ta’ omm Jean Paul u jivvotaw favur inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Jean Paul Sofia.
//= $special ?>