Lokali

Il-pulizija ma toħroġx permess lill-KSU biex jipprotestaw quddiem il-parlament dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia

Hekk kif illejla se jittieħed il-vot li jiddetermina jekk issirx inkjesta pubblika b’rabta mal-mewt ta’ Jean Paul Sofia, l-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) ma kellhomx għażla oħra ħlief li jikkanċellaw il-viġil ippjanata.

Fi stqarrija l-KSU qalu li kontra qalbhom kellhom jikkanċellaw il-viġil tagħhom għaliex il-Pulizija ma ħarġux il-permess meħtieġ.

L-KSU qalu wkoll li x-xogħol tagħhom mhux se jieqaf għaliex se jkomplu jagħmlu pressjoni biex issir ġustizzja totali.